L-Arċisqof ta’ Malta, Charles Scicluna, waqt l-omelija tal-Pontifikal fis-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Belt Valletta qal li l-imħabba li San Pawl wera magħna għandna napplikawha llum il-ġurnata biex b’hekk nirrispettaw lil kull individwu.
“Pawlu tgħallem li jrid ikun qaddej ta’ kulħadd,” qal l-Arċisqof.
L-Arċisqof kompla jgħid li l-imħabba tirrapreżenta il-gratitudni ta’ kull inidividwu. Hu saħaq li l-imħabba tidher permezz tas-sabar, il-paċenzja u l-maħfra.
“L-imġieba tajba tagħmel il-ġid lill-oħrajn u tara kif terfagħhom,” qal Scicluna. “Min iħobbok ma jkisrikx iżda jara li jagħmillek il-ġid.”