Lokali

Raġel jistressaq il-Qorti fuq akkużi ta’ vjolenza fuq il-Pulizija

“Tirrovinax ħajtek u rrispetta lin-nanniet li tgħix magħhom”

Hekk iddikjarat il-Qorti aktar kmieni llum hekk kif quddiem il-Qorti tressaq żagħżugħ ta’ 21 sena fuq akkużi li kien kemm vjolenti mal-Pulizija, kif ukoll, li kiser il-paċi pubblika.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, iż-żagħżugħ wieġeb ħati għall-akkużi miġjubin kontrieh, filwaqt li stqarr li ma jiftakar xejn minn dak li seħħ dakinhar li għeb għall-Pulizija u saħansitra talab skuża għall-aġir tiegħu.

Waqt is-seduta fil-Qorti, l-avukati taż-żagħżugħ stqarru li ż-żagħżugħ kellu tfulija mħarbta, u li spiċċa jagħmel użu minn droga sintetika.

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, b’garanzija personali miż-żagħżugħ ta’ 5000 ewro, b’ordni biex sas-siegħa ta’ waranofsinhar jrid jkun id-dar.

Filwaqt li ordnat liż-żagħżugħ sabiex jieħu t-trattament għall-vittmi li jbagħtu mill-problemi tad-droga.

Tags