F’Molineux Stadium Arsenal kisbu rebħa mportanti ta’ 1-0 fuq Wolves biex telgħu fil-ħames post tal-klassifika. Il-gowl uniku tal-partita wasal fil-25 minuta meta minn corner id-difiż ta’ Wolves naqset milli tbiegħed il-periklu, b’Gabriel Maghalaes japprofitta u jixħet il-ballun fix-xibka għal 1-0. Arsenal kellhom jilagħbu l-aħħar 20 minuta meta tkeċċa għalihom il-Brażiljan Gabriel Martinelli b’żewġ karti sofor fl-istess azzjoni.
F’Anfield Liverpool kisbu rebħa ta’ 2-0 fuq Leicester biex żammew posthom fit-tieni post tal-klassifika b’51 punt, 9 punti wara l-leaders Man City. Liverpool fetħu l-iskor fl-34 minuta meta Diogo Jota irreaġixxa qabel kulħadd fil-kaxxa u xeħet ġewwa għal 1-0. It-tim immexxi minn Jurgen Klopp kellu jistenna sas-87 minuta biex jagħlaq il-partita meta reġa’ kien Diego Jota li kkonkluda fix-xibka fuq pass ta’ Joel Matip.
PREMIER LEAGUE
Illum: Liverpool v Leicester 2-0, Wolves v Arsenal 0-1
//= $special ?>