F’logħba li ntlgħabet l-Erbgħa filgħaxija, SK Victoria Wanderers kisbu rebħa ta’ 4-0 kontra Sannat Lions biex intemmet it-12-il ġurnata mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni f’Għawdex.
Sa tmiem l-ewwel taqsima it-tim ta’ SK Victoria W fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls permezz ta’ awto gowl fis-6 minuta minn Anthony Sultana, Gabriel Cardona jiskurja t-tieni gowl fis-26 minuta, filwaqt li Aud-Gustine James Obaje jagħmilhom 3-0 fit-38 minuta. Fis-77 minuta Fabricio Rozkiewicz skurja l-aħħar gowl tal-partita, biex S.K. Victoria Wanderers komplew jaċċertaw mit-tielet rebħa tal-istaġun.
B’din ir-rebħa t-tim ta’ SK Victoria Wanderers għalkemm baqgħu jokkupaw l-aħħar post tal-klassifika, leħqu lit-tim ta’ Oratory Youths b’10 punti f’dik li tidher li se tkun taqtiegħa vera interessanti fiż-żona tar-relegazzjoni.
L-ewwel Diviżjoni | L | P |
Nadur Youngsters FC | 12 | 34 |
Ghajnsielem FC | 12 | 23 |
Kercem Ajax FC | 12 | 22 |
Victoria Hotspurs FC | 12 | 15 |
Sannat Lions FC | 12 | 12 |
Xewkija Tigers FC | 12 | 11 |
Oratory Youths FC | 12 | 10 |
SK Victoria Wanderers | 12 | 10 |