Il-Papa Franġisku se jżur pajjiżna bejn it-2 u t-3 ta’ April.
Dan tħabbar mill-Arċisqof Alessandro d’Errico, in-Nunzju Appostoliku għal Malta, waqt messaġġ mill-Vatikan li nqara fi tmiem il-Pontifikal fis-Solennità tan-Nawfraġju ta’ San Pawl fil-Belt Valletta… festa nazzjonali li ta’ kull sena tiġi ċċelebrata b’tant għożża mill-poplu kollu għaliex torbot il-kultura ta’ pajjiżna mal-għeruq Kristjani tiegħu.
Fil-messaġġ intqal li l-Papa se jkun qed iżur il‑Belt Valletta, ir‑Rabat, il‑Furjana u Ħal Far, u l‑gżira ta’ Għawdex.
Il-programm u dettalji oħra tal-vjaġġ se jitħabbru aktar ’il quddiem.
Intant, il-Kap tal-PN, Bernard Grech laqa’ l-aħbar li propju f’ġurnata tant importanti għall-Maltin kollha, ġiet ikkonfermata l-aħbar taż-żjara tal-Papa.
