L-Erbgħa filgħaxija ntlgħabet it-tieni taqsima tal-partita bejn Żabbar St. Patrick u Kirkop United, wara li l-logħba li oriġinarjament bdiet tintlagħab fil-21 ta’ Jannar, ġiet posposta qabel il-bidu tat-tieni taqsima wara ħsara fis-sistema tal-elettriku fil-grawnd. Sa tmiem l-ewwel taqsima Żabbar kienu qed jirbħu 1-0 permezz ta’ goal ta’ Philip Chircop, biex fit-tieni taqsima li tkompliet nhar l-Erbgħa, it-tim ta’ Żabbar skurja gowl ieħor permezz ta’ Jean Pierre Mifsud Triganza mill-11-metru fid-69 minuta, biex sa tmiem il-logħba l-iskor baqa ma nbidilx għal rebħa Żabbarija ta’ 2-0.
B’din ir-rebħa Żabbar St. Patrick telgħu bl-istess punti daqs Mtarfa fit-tielet post tal-klassifika, f’dak li jidher li se jkun kampjonat missielet.
| National Amateur League – Grupp B | L | P |
| Żurrieq | 11 | 26 |
| Marsaskala | 10 | 23 |
| Żabbar St. Patrick | 11 | 22 |
| Mtarfa | 10 | 22 |
| Mellieħa | 11 | 10 |
| Mdina Knights | 10 | 9 |
| Qormi | 11 | 9 |
| Kirkop United | 11 | 8 |
| Sta. Venera Lightnings | 11 | 8 |


