Żagħżugħ ta’ 21 sena u ta’ nazzjonalita barranija ttieħed l-Isptar Mater Dei wara argument bejnu u bejn raġel ieħor fi triq Qrajten, l-Imsida
Il-Pulizija marru mal-ewwel fuq il-post fejn irriżulta li r-raġel kellu xi ġrieħi wara li kellu xi jgħid ma raġel ieħor. Il-Pulizija talbu għall-ambulanza, madankollu, ż-żagħżugħ rrifjuta li jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Madankollu, wara diversi attentati, l-Pulizija rnexxielhom jikkonvinċu lir-raġel biex jmur l-Isptar Mater Dei ħalli jiġu eżaminati l-ġrieħi tiegħu.
S’issa għada mhiex magħrufa l-kundizzjoni taż-żagħżugħ.
//= $special ?>