Tliet irġiel ta’ 80, 85 u 92 sena, huma l-aħħar vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna, bl-ammont totali ta’ mwiet kaġun tal-pandemija issa jitla’ għal 579.
Dawn l-imwiet jimmarkaw 18-il mewta f’temp ta’ ġimgħa, filwaqt li l-Ġimgħa mmarkat l-25 jum konsekuttiv fejn pajjiżna rreġistra mewt kaġun tal-pandemija.
Intant, fl-aħħar sigħat f’Malta u f’Għawdex instabu 143 każ ġdid.
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa fiequ 209 persuni, filwaqt li l-każijiet attivi issa niżlu għal 1,872.
Minn 70 każ ta’ Covid-19 li hemm fl-Isptar Mater Dei bħalissa, 5 minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>