Lokali

Aaron Farrugia skomdu quddiem is-€17,000 fix-xahar ta’ Robert Abela

Filwaqt li l-qasma fil-Partit Laburista kompliet tikber bi ġlied intern bejn in-nies ta’ Robert Abela u n-nies ta’ Joseph Muscat, kompliet ix-xejra fejn qed naraw Ministri tal-Gvern li joħorġu għonqhom għall-Prim Ministru, u oħrajn li ma jridux ikunu parti mill-problemi li daħal fihom Robert Abela.

L-aħħar fost dawn l-iskandli hija l-paga ta’ 17,000 Ewro li Robert abela inqabad li kien qed jieħu, għal numru ta’ snin, mill-Awtorità tal-Ippjanar. Filwaqt li Robert Abela ġġustifika din il-paga billi saħaq li kien jaħdem ħafna sigħat u li kien jaħdem fil-weekend, il-kuntratti u d-dettalji ta’ dawn il-ħlasijiet ħadd għadu ma rahom, u għadhom qed jinżammu mistura.

Inċidentalment, l-Awtorità tal-Ippjanar taqa’ taħt il-Ministru Aaron Farrugia… persuna li sab postu f’din il-kariga għaliex kien imbotta lil Abela biex isir mexxej tal-Labour. Mhux ta’ b’xejn li meta mistqosi jekk għandux problema jippubblika l-ħlasijiet li ngħataw lil Robert Abela mill-Awtorità, Aaron Farrugia qalilna li hu jħares biss ‘il quddiem. Erġajna pruvajna nistaqsu iżda l-Ministru għażel li jibqa’ jiddefendi lil Robert Abela, ma jmurx jiksirha minn miegħu. Dan filwaqt li ġie jaqa’ u jqum mill-eluf li tħallsu lill-Prim Ministru tal-lum, qabel daħal Kastilja, minn flus il-poplu.

Storja, li tal-Labour malajr kemm jista’ jkun qed jippruvaw jeħilsu minnha, u li iżda qed tibqa’ tiġri warajhom.