Coronavirus Festi Knisja Kultura Lokali Mużika

FILMAT: San Pawl jerġa’ jfeġġ fit-toroq tal-Belt

“Fl-aħħar erġajna doqqna togħma ta’ Festa Maltija”

Kienet din il-kelma fuq fomm il-Beltin u l-Maltin kollha għar-ritorn tal-festi tradizzjonali…. hekk kif fl-10 ta’ Frar telgħu bi ħġarhom il-Belt Valletta għall-ħruġ tal-vara ta’ San Pawl mill-Kolleġġjata Pawlina.

Ritratt: Martin Agius

Dan seħħ grazzi għall-persistenza kbira tal-Kapitlu u l-Pawlini nfushom li organizzaw seated event fi Triq San Pawl stess, wara r-reżistenza kbira minn naħa tal-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa biex il-purċissjoni ma toħroġx

Ritratt: Joseph Galea

Kien għall-ħabta tas-7 ta’ filgħaxija meta fil-bieb tal-Kolleġġjata feġġet il-vara ta’ San Pawl, kapulavur fl-injam ta’ Melchiorre Gafa tas-seklu 17…bil-Patrun ikun milqugħ bl-Innu lil San Pawl ta’ Giuseppe Micallef mis-Società Filarmonica Nazionale La Valette.

Ritratt: Martin Agius

Minn hemm il-vara twasslet lejn żona identifikata fi Triq San Pawl, biswit il-kunvent tal-Franġiskani Minuri, fejn ittellgħet attività bil-qiegħda bis-sehem tal-istess banda li daqqet diversi Innijiet Pawlini bil-ħarsien tal-miżuri tal-COVID-19, bit-teħid tat-temperaturi, l-iċċekkjar tal-validità taċ-ċertifikat tal-vaċċin kif ukoll l-ilbies tal-maskri.

Ritratt: Martin Agius

Fost dawk preżenti kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, li flimkien ma’ martu Anne Marie u għadd ta’ uffiċċjali tal-Partit ngħaqdu mal-Arċipriet il-Kan. David Cilia u l-miġemgħa li attendiet għal din il-festa tant popolari.