Il-President Amerikan Joe Biden sejjaħ liċ-ċittadini Amerikani fl-Ukrajna sabiex iħallu l-pajjiż b’mod immedjat. Dan hekk kif qed tikber il-biża’ ta’ invażjoni jew azzjoni militari minn naħa tal-forzi Russi.
Skont Biden, is-sitwazzjoni tul il-fruntiera tista’ teskala b’mod mgħaġġel, u insista li l-Gvern ta’ Washington mhux se jibgħat truppi fl-Ukrajna biex issalva lill-Amerikani.
Ir-Russja minn naħa tagħha qed tiċħad li qed tippjana invazjoni fuq l-artijiet Ukreni.
//= $special ?>