Lokali

Iweġġa’ wara li baqa’ dieħel f’żewġ gafef

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-3:45am, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku li seħ fi Triq Għajn Dwieli, f’Raħal il-Ġdid.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 32 sena residenti Ħaż-Żabbar kien ħabat bil-vettura Audi A3 f’xi barrikati tal-plastic u żewġ gafef li kienu qed jintużaw għal xogħolijiet fl-istess triq.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.