Lokali

ATTAKKI WIEĦED FUQ L-IEĦOR: “Jiddispjaċini meta nara lil min jinqeda bil-Partit Laburista”

Tikber il-qasma fil-Partit Laburista bejn klikka u oħra

Botta u risposta bejn Glenn Bedingfield u Desmond Zammit Marmarà, bil-whip laburista jiftaħ il-kanuni fuq l-attivist veteran tal-Labour illi llum kiteb opinjoni ġenwina fuq it-Times.

“Jiddispjaċini meta nara lil min jinqeda bil-Partit Laburista taħt xi forma ta’ skuża jew oħra, u juża l-Partit Laburista għall-iskop tiegħu. U mbagħad meta tfittex ir-riżultati ma ssibhomx. Kburi li ħdimt taħt kull mexxej minn Karmenu Mifsud Bonnici ‘il quddiem. Kburi li nagħmel parti mil-Partit Laburista anke jekk tgħajjar injorant lili”.

Glenn Bedingfield kiteb dan il-kliem wara li fit-Times, Desmond Zammit Marmarà ddeskriva s-sitwazzjoni fil-Labour billi stqarr li “in-nagħaġ bla moħħ huma akbar minn dawk li huma intelliġenti biżżejjed biex jużaw moħħhom”.

Fuq Facebook, Bedingfield kien ċar ħafna fi kliemu:

“Bħala persuna li tqis lilek innifsek mal-intelletwali nifhem li għandek intellett iktar minn kulħadd biex tagħraf illi mbilli ma taqbilx mal-Partit Laburista ma għandekx għalfejn tgħajjar stupidu u injorant lil min ma jaħsibx bħalek.”