Raġel Tork ta’ 41 sena u li hu resident mill-Gżira, ittieħed malajr l-Isptar Mater Dei fejn ġie iċċertifikat li weġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs f’sit tal-kostruzzjoni viċin Triq Santu Rokku, il-Kalkara.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn il-vitma ingħata l-ewwel għajnuna wkoll minn tim mediku u member mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
S’issa l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>