Colin Schembri
ARMS Depiro 51
Caffè Moak Luxol 58
(13-13)(11-14)(9-12)(18-19)
ARMS Depiro: M. Caruana 3, Ni. Agius 11, J. Xerri 10, J. Mallia, No. Agius 6, Ciantar 17, C. Fenech, N. Ebejer, N. Borg 2, A. Mallia 2, E. Cassar.
Caffè Moak Luxol: L. Fenec Pace, V. Selvaggi, S. Pace 7, M. Mercieca 8, F. Camilleri, H. Galea, P. Marcal 7, A. Borg 11, P. Ellul 2, M. Camilleri, J. Diaby 23.
Referees: Florentina Ciurariu, Iounut Ciurariu, Nicky Azzopardi
Il-ġlieda għall-post fil-playoffs tan-nisa kompliet tiħrax hekk kif Caffè Moak Luxol għelbu lil ARMS Depiro fl-ewwel partita 58-51. Depiro minbarra lill-Amerikana Hannah Johnson kellhom nieqsa wkoll players bħal Leanne Duncan, Danika Galea u Nicole Hili. Luxol setgħu finalment jilgħabu lil Brażiljana Palmira Marcal li kellha debutt kwiet mil-lat ta punteġġ għalkemm kellha diversi rebounds u assists lil sħabha. Il-partita bdiet bl-ewwel punti ta’ Luxol minn Josephine Diaby, Marcal u Paula Ellul. L-ewwel risposta ta’ Depiro ġiet minn trippla ta’ Monique Caruana qabel ma Antoinette Borg u Noelen Agius kellhom three pointer fuq kull naħa. Sa’ tmiem is-sessjoni Depiro kellhom il-punti ta’ Claire Ciantar u Julia Xerri biex it-taqsima għalqet fuq parita ta’ 13 -il punt kull team. Fit-tieni perjodu Depiro marru minn fuq wara trippla ta’ Nicole Agius però Luxol kellhom mument tajjeb bi break ta’ 9-2 fosthom trippla ta’ Sarah Pace biex daħlu jistrieħu 3 minn fuq 27-24.
Fit-tielet sessjoni Luxol kabbru l-vantaġġ wara punti minn Diaby u Marcal. Depiro ma ċedewx u kellhom il-punti ta’ Xerri, Ciantar u Agius bi trippla biex reġgħu ippareġġjaw 33-33. Luxol għalqu l-perjodu bi tlett baskets mingħajr risposta minn Diaby, Pace u Mandi Mercieca għal skor ta’ 39-33. Fl-aħħar taqsima, Luxol komplew iżidu d-distakk wara li bdew bi break ta’ 10-2 bit-tielet trippla ta’ Borg. Depiro wkoll kellhom żewġ trippli mill-aħwa Agius però Diaby kompliet tikseb il-punti għall-vjola biex kompliet tħallijhom fuq quddiem sa’ tmiem il-partita biex Luxol ħarġu rebbieħa 58-51.
Starlites Naxxar 60
Hibernians 54
(11-12)(28-14)(6-15)(15-13)
Starlites: A. Saliba 3, M. Riolo 9, S. Farrugia, M. Bonett 2, S. De Martino 15, K. Portelli, A. Simmons 24, M. Fenech 2, S. Davies 2, C. Curmi 1.
Hibernians: E. Farrugia, K. Conti, Y. Bonett 15, A. Van Vliet 6, J. Abela 3, C. Camilleri, K. Jenkins 24, N. Farrugia, K. Caruana 6, K. Fenech, J. Dabic.
Referees: Zvezdan Dobrosaviljevic, Ionut Ciurariu, Ivica Simic
Starlites Naxxar wieġbu għar-rebħa ta’ Luxol b’rebħa fuq il-leaders Hibernians 60-54 biex laħqu lil Depiro b’sitt rebħiet u sitt telfiet u baqgħu żewġ rebħiet fuq il-Luxol. Starlites kellhom lil Charles Bonnici fuq il-bank fin-nuqqas ta’ Sandro Farrugia li kien indispost. Il-partita kellha bidu bilanċjat b’baskets fuq kull naħa fejn l-andament tas-sessjoni kien l-istess tul l-għaxar minuti kollha. Hibs kellhom fost l-oħrajn il-punti ta’ Ylenia Bonett u Kenyotta Jenkins waqt li l-punteġġ ta’ Starlites kien mifrux fuq aktar players. Hibs temmew it-taqsima punt minn fuq 12-11. Fit-tieni perjodu Starlites fetħu mal-ewwel bi trippla ta’ Andie Saliba. Huma komplew bil-baskets ta’ Amelia Simmons u minkejja li Hibs wieġbu bi trippla minn Kirsty Caruana, Starlites kellhom mument tajjeb bi break ta’ 14-2 li bdewh u għalquh bi trippli ta’ Steffi De Martino u u daħlu jistrieħu 13 minn fuq 39-26. Wara l-intervall Hibs ħarġu aħjar tant li għamlu l-ewwel 8 punti tat-taqsima fosthom trippla oħra ta’ Caruana. Starlites waqqfulhom ir-run b’basket ta’ Simmons però Hibs komplew b’sitt punti oħra u sa’ tmiem il-perjodu waslu sa’ 4 punti ‘l bogħod 41-45. L-aħħar sessjoni fetħet bi trippla ta’ Mikela Riolo f’run ta’ 9-2 minn Starlites li kellhom ukoll il-punti ta’ De Martino u Simmons. L-aħħar sforz ta’ Hibs rahom jagħmlu break ta’ 11-4 kważi kollhu minn Bonett u Jenkins però l-ħin kien kontrijhom biex Starlites setgħu jieħdu r-rebħa fuq skor finali ta’ 60-54.
//= $special ?>