Tkompli toħroġ fid-deher l-iskumdità tal-Ministri biex iwieġbu dwar l-uffiċini tagħhom fejn qed jilqgħu lill-kostitwenti – uffiċini li ħadd ma jaf kemm qed jiġu dedikati riżorsi fihom minn naħa tal-Ministeri; u allura flus mill-fondi pubbliċi.
Il-Ġimgħa filgħodu Net News stqasa lill-Ministru Byron Camilleri biex jagħtina rendikont ta’ dawn l-uffiċċji, u kemm qed jimpjega nies fihom.
Pressat biex jgħidilna kemm mill-persuni li jaħdmu f’dawn l-uffiċċji huma impjegati tal-Ministeru tiegħu, il-Ministru Camilleri baqa’ jaħrab mill-mistoqsija.
Matul dawn l-aħħar jiem provajna nistaqsu lil diversi Ministri dwar dawn l-uffiċċju li għandhom fid-Distretti… fosthom lil Miriam Dalli u Silvio Schembri…. bit-tnejn li huma jħssuhom skomdi ferm iwieġbu l-mistoqsijiet ta’ dan l-istazzjon.
Il-verità hi, li ħadd ma jaf kemm qed jintefqu eluf mill-Ministri fl-uffiċċji Distrettwali, kemm qed iħaddmu nies, kif qed jitħallsu dawn in-nies, kif qed jitħallsu l-kirjiet, u jekk kienx hemm postijiet li effettivament inxtraw għall-kampanja – kollha domandi li qed ipoġġu pressjoni enormi fuq il-membri tal-Kabinett.
//= $special ?>