Lokali

AĠĠORNATA: Imut l-anzjan li waqa’ f’taraġ ta’ residenza

Raġel ta’ 87 sena tilef ħajtu wara li kellu inċident f’residenza fis-Swieqi.

Il-każ seħħ għall-ħabta 8:30 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq il-Qasam, is-Swieqi meta mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li l-vittma, residenti s-Swieqi stess, waqa’ f’taraġ ta’ residenza.

Fil-post ġiet imsejħa minnufih ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Minkejja l-isforzi li saru, l-anzjan spiċċa tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Monica Vella li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.