Futbol Sport

Chelsea jirbħu t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs

(Ritratt: EPA)

Chelsea rebħu t-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs meta wara l-ħin barrani għelbu lil Palmeiras 2-1. Din kienet l-ewwel darba li Chelsea rebħu dan l-unur fl-istorja tal-klabb. Kienu Chelsea li marru fil-vantaġġ wara 54 minuta permezz tal-attakkant Belġjan Romelu Lukaku. Palmeiras kontra kull mistenni ġabu d-draw għaxar minuti wara permezz ta’ penalty. Bil-partita tintemm fi draw sad-90 minuta, fil-ħin barrani Chelsea skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta’ penalty ta’ Kai Havertz. Lejn it-tmiem, Palmeiras temmew jilagħbu bi player anqas meta tkeċċa Luan Garcia.

F’partita għat-tielet u r-raba’ post, kienu Al Ahly għelbu lil Al Hilal 4-0, bil-gowls ta’ Al Ahly jkunu skorjati minn doppjetta ta’ Yasser Ibrahim, Ahmed Abdelkader u Amro El Soulia. Għal Al Hilal tkeċċew Matheus Pereira u Mohammed Kanoo.