Fl-aħħar 24 siegħa l-pandemija ħatfet il-ħajja ta’ 6 persuni oħra.
Dan ġie mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt tilfu ħajjithom żewġ nisa ta’ 86 u 89 sena kif ukoll 4 irġiel, tnejn ta’ 66 sena u tnejn ta’ 80 u 96 sena rispettivament.
Dan ifisser li b’kollox il-virus tal-Covid-19 ħataf il-ħajja ta’ 585 f’pajjiżna s’issa – 26 fatalità fl-aħħar disat ijiem.
Fl-ahhar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 107 każi ġodda, b’61 persuna rikoverati l-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-virus, inkluż 4 pazjenti li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Dan filwaqt li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fiequ 198, sabiex b’hekk il-każi attivi issa qed jammontaw għal 1,775.