Futbol Sport

Draw fi Stadio Diego Maradona

(Ritratt: EPA)

Inter u Napoli temmew fi draw ta’ 1-1, liema riżultat jissodisfa aktar lil Milan li fi tmiem il-ġimgħa jilagħbu kontra Sampdoria, b’ċans li jitilgħu fl-ewwel post tal-klassifika. Napoli marru fil-vantaġġ wara biss seba’ minuti permezz ta’ penalty ta’ Lorenzo Insigne. Il-gowl tad-draw għal Inter wasal fis-47 minuta permezz tal-attakkant Edin Dzeko.

F’partita oħra, Lazio kisbu rebħa komda ta’ 3-0 fuq Bologna. Ciro Immobile poġġa lil Lazio fil-vantaġġ wara 13-il minuta permezz ta’ penalty. Fit-tieni taqsima, Lazio skorjaw darbtejn oħra permezz ta’ Mattia Zaccagni fit-53 u fis-63 minuta.

SERIE A

Illum: Lazio v Bologna 3-0, Inter v Napoli 1-1, Torino v Venezia 1-2