Futbol Sport

Floriana jkomplu jissieltu għall-kampjonat

Matthias Mizzi

Floriana……..2

Mosta………..0

Floriana: G. Kitanov, C. Rutjens, O. El Hasni (18’ E. Callegar), Z. Cassar, R. Hovsepyan, A. Ciolacu, M. Garcia (46’ J. Busuttil), B. Paiber, E. Rebenja (64’ K. Reid), A. Garzia (46’ A. Magri Overend), R. Camenzuli

Mosta: E. Akpan, R. Briffa (73’ W. Donkin), E. Acheampong, C. Failla, B. Diarra (87’ M. Mifsud), T. Farrugia, L. Riascos, A. Antwi (67’ Z. Brincat), R. Morisco (46’ M.Da Silva), S. Akinbule, R. Ekani

Imwissija: 23’ R. Camenzuli, 28’ R. Morisco, 45’ M. Garcia, 52’ B. Diarra, 53’ L. Riascos, 78’ S. Akinbule, 84’ Z. Brincat

Imkeċċi: 76’ E. Acheampong

Skorjaw: 69’ (OG) M. Fernandes da Silva, 90+3’ K. Reid

Referee: Slobodan Petrovic

Assistenti Referees:  Alan Camilleri & Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

BOV Plejer tal-Logħba: Andrei Ciolacu (FLR)

Floriana komplew jissieltu ma’ Hibernians għall-kampjonat billi s-Sibt waranofsinhar għelbu lit-tim ta’ Mosta, li sa’ dan il-konfront kien għaddej b’forma tajba.

Fl-ewwel taqsima, Floriana ħarġu mal-ewwel offensivi, b’Mosta ftit aktar kawti fid-difiża u operaw bil-kontrattakk. Mal-ħames minuti logħob Sunday Akinbule ħoloq periklu lejn il-lasti Furjaniżi b’xutt imqabbeż li madankollu spiċċa barra. Fit-24 minuta Floriana approfittaw minn żball Mosti, avvanzaw tajjeb imma l-konklużjoni tal-plejer internazzjonali Malti, Brandon Paiber għaddiet tħakkek mal-mimduda.

It-tieni taqsima, ir-ritmu tal-partita kompla jiżdied biex fit-63 minuta azzjoni maħduma tajba minn Jan Busuttil u Ryan Camenzuli ħolqot periklu kbir fil-kaxxa sakemm id-difiża ddevjat kull periklu. Sitt minuti wara Floriana fetħu l-iskor permezz ta’ ‘own goal’ mid-difensur ta’ Mosta, Manuel Fernandes da Silva wara li d-daqqa ta’ ras tiegħu ddevjat lura fix-xibka. Fis-76 minuta Mosta spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas meta Edwin Acheampong irritalja b’daqqa ta’ ras lejn Ryan Camenzuli. Hekk kif deher li l-partita kienet se tintemm fl-iskor ta’ 1-0, is-sostitu Keimar Reid ikkastiga lil Mosta b’gowl mill-kaxxa ż-żgħira.