Rowen Camilleri
VALLETTA…………1
HIBERNIANS…… 4
Valletta: A. Guarnone, J. Borg, T. Caruana, C. Murillo, H. Dilaver (K. Tulimieri 76’), S. Dimech (L. Campos 46’), C. Gauci, E. P. Beltre, I. Curjuric, R. Muscat (A. Zammit 76’), M. Fontanella
Hibernians: M. C. Cremona, F. Apap, L. Almeida, J. Grech (A. Muniz 68’), J. Degabriele (A. Attard 88’), D. Vella, A. Thaylor (Z. Grech 81’), A. Agius (M. Ellul 81’), G. Artilles, A. Diakite, H. Da Costa (W. Domoraud 68’)
Imwissija: Diakite 57’ (H), R. Muscat 65’ (V)
Skorjaw: H. Da Costa 2’, J. Degabriele 27’,71’, W. Domoraud 79’ (H), K. Tulimieri 78’ (V)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Luke Portelli u Duncan Sultana
Il-Mument Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)
BOV Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)
Hibernians żammew erba’ punti vataġġ f’ras il-klassifika meta fl-Istadium Nazzjonali għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 4-1. Kienet logħba li Hibernians ħadu l-kontroll tagħha mill-ewwel minuti tant li wara biss żewġ minuti fetħu l-iskor biex minn dak il-ħin ‘il quddiem ħadu l-kmand tal-konfront u saħansitra sabu x-xibka tliet darbiet oħra. Valletta minn naħa tagħhom urew titjieb fil-bidu tat-tieni taqsima iżda għalkemm kellhom ħafna mill-pussess ftit kienu perikolużi bil-maġġoranza tal-attakki tagħhom ma’ jsarfu f’xejn għajr għall-gowl uniku tas-sostitut Tulimieri.
Danilo Doncic għamel żewġ bidliet sforzati mill-aħħar partita kontra Sirens fejn minflok Ryan Camilleri u Eslit Sala lagħab lil Jean Borg u Christian Gauci. Minn naħa l-oħra Snaderra b’erba’ bidliet fejn minflok Joseph Zerafa, Erjon Beu u Alvaro Muniz bdew mill-bidu Jake Grech, Thaylor Adama u Hugo Da Costa.
Wara biss żewġ minuti t-tim Pawlist mar fil-vantaġġ. Kien Thaylor li ħarab mil-lemin u krossja lejn in-nofs, bil-goalkeeper Belti Guarnone tajjar iżda l-ballun ġie għand HUGO DA COSTA li b’xutt mill-ewwel fetaħ l-iskor. Fis-17-il minuta azzjoni tajba ta’ Valletta meta Rowen Muscat serva ballun inteliġenti lejn Mario Fontanella li prova x-xutt fil-baxx iżda għadda mħakkek mal-wieqfa. Minuta wara Jake Grech impenja lil Guarnone b’xutt tajjeb minn barra l-kaxxa li l-goalkeeper Taljan laqa’ b’diffikultà qabel ma’ d-difiża tajjret il-periklu. Hibernians irduppjaw fis-27 minuta minn azzjoni mibdijja minn Diakite li qassam ‘il quddiem lejn Jake Grech li minn naħa tiegħu qassam lejn JURGEN DEGABRIELE li bix-xellug prova xutt fir-rokna tax-xibka li ma ta l-ebda ċans lil Guarnone li safa megħlub għat-tieni darba f’din il-partita. Wara dan il-gowl Valletta dehru aktar fil-logħba fejn anke attakkaw aktar iżda ma’ rnexxielhomx jippenetraw id-difiża ta’ Hibernians biex l-ewwel taqsima ntemmet 2-0 favur il-leaders tal-kampjonat.
L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet fid-49 minuta minn Valletta permezz ta’ Curjuric li wara azzjoni personali prova xutt b’saħħtu li għadda barra. Fit-52 minuta Valletta laqtu l-lasta meta Mario Fontanella rċieva kross mingħand Curjuric bix-xutt tal-eks Floriana jistampa mal-mimduda u jmur barra. Fit-58 minuta fuq in-naħa l-oħra Dunstan Vella żmarka tajjeb lil Jurgen Degabriele li wara li avvanza l-Internazzjonali Malti ra x-xutt tiegħu jiġi milqugħ minn Guarnone. Fil-71 minuta Hibernians skurjaw it-tielet gowl. Kien is-sostitut Alvaro Muniz li nduna bil-ħarba ta’ JURGEN DEGABRIELE u tah il-ballun, bin-numru għaxra ta’ Hibernians javvanza u minn quddiem Guarnone ma’ żbaljax għat-tieni gowl peronali tiegħu fil-partita. Fit-78 minuta Valletta naqqsu d-distakk meta Curjuric tefa’ kross fil-baxx mil-lemin li sab lis-sostitut KEVIN TULIMIERI li kompla għal ġewwa. Dan il-gowl ma’ tantx damu jgawduh it-tim Belti għax minuta wara Hibernians issiġillaw ir-rebħa meta minn xutt ta’ Ferdinando Apap, Guarnone laqa’ parzjalment bil-ballun jispiċċa f’saqajn sostitut ieħor WILFRIED DOMORAUD li bi prattikament lasta vojta għamel l-iskor 4-1. L-iskor baqa’ ma’ nbidilx sat-tmiem il-partita bil-plejer tal-logħba magħżul mill-ġurnalisti preżenti jkun l-attakkant ta’ Hibernians u l-awtur ta’ tnejn mill-erba’ gowls tagħhom Jurgen Degabriele.
//= $special ?>