Colin Schembri
Finali MBA Shield Irġiel
Starlites Naxxar 84
Hibernians 93
(20-19)(20-23)(22-18)(13-15)(9-18)
Starlites: A. Felice Pace 15, I. Azzopardi, A. Azzopardi, I. Felice Pace 6, M. Fabri, L. Riolo, M. Scerri 3, J. Bates 9, L. Farrugia, K. Xuereb 3, J. Haynes 24. M. Thomas 24.
Hibs: M. Vires 26, N. Cassar, M. Vucinic, L. Farrugia 5, K. Dimech 18, A. Axiaq 1, R. Aquilina, M. Attard 3, C. Soderholm 21, I. Demcesen 17, P. Shoults 2.
Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic.
Wara xhur ta’ pandemija finalment assitejna għall-finali quddiem folla numeruża u storbjuża li assistiet għal partita mill-isbaħ bejn Starlites Naxxar u Hibernians li kkonfermaw li huma l-aqwa żewġ timijiet fil-preżent, xi ħaġa li tidher ukoll fil-klassifika tal-kampjonat. Partita missielta li offriet minn kollox u kellha saħansitra tmur fil-ħin barrani biex tiġi deċiża. Għalkemm b’diversi players barranin fuq iż-żewġ naħat, il-players Maltin ukoll qamu għall-okkażżjoni biex offrew finali mill-aqwa. Hibs baqgħu ma rkuprawx lil David Bugeja fil-waqt li għal Starlites irritorna Kurt Xuereb. L-ewwel punti tal-partita ġew minn Hibs permezz ta’ Christain Soderholm li kellhu trippla flimkien ma’ Peter Shoults. L-ewwel risposta ta’ Starlites ġiet minn Jamiah Haynes flimkien ma’ Jacob Bates u Alec Felice Pace. Punti ta’ Mason Vires u Anton Axiaq komplew iħallu lil Hibs fuq quddiem qabel ma kien hemm break ta’ 9-2 minn Starlites li rahom itemmu l-ewwel sessjoni 20-19 minn fuq. L-Amerikan Myles Thomas fetaħ b’żewġ trippli għal Starlites wara l-intervall. Ir-risposta ta’ Hibs ġiet minn Vires u trippla ta’ Keith Dimech però Starlites ukoll kellhom it-trippli minn Thomas u Ian Felice Pace. Aktar punti minn Vires flimkien ma’ trippla ta’ Soderholm raw lil Hibs jaqilbu l-iskor fl-intervall 42-40.
Wara l-intervall, il-partita kompliet tkun missielta bil-vantaġġ idur minn naħa għall-oħra. Starlites marru minn fuq wara punti ta’ Xuereb u Haynes però Luke Farrugia wieġeb bi trippla għal Hibs u wara li Haynes kabbar il-vantaġġ ta’ Starlites, Vires u Dimech ippareġjaw mill-ġdid il-partita. Wara trippla ta’ Matthew Scerri għal Starlites, Hibs reġgħu naqqsu d-distakk 60-62. L-aħħar taqsima rat lil Hibs imorru 4 minn fuq 73-69 minkejja li Thomas kellhu żewġ trippli oħra għal Starlites. Baskets minn Haynes u Xuereb poġġew lil Starlites fuq quddiem però Hibs ippareġjaw fl-aħħar sekondi b’basket ta’ Ivan Demcesen li tefa l-partita fil-ħin barrani fost protesti ta’ Starlites fuq foul li però ma ssafarx. Fil-ħin barrani, Hibs kienu mingħajr Soderholm fouled out però Vires beda bi trippla. Starlites ukoll bdew jitilfu l-players bil-ħames foul u kien Alec Felice Pace li żammhom viċin b’żewġ trippli wara xulxin. Hibs però wkoll kellhom trippla minn Matthew Attard li fetħitilhom run finali ta’ 7-0 li finalment tathom ir-rebħa fuq skor finali ta’ 93-84 fost il-ferħ tal-partitarji tagħhom. Fit tmiem il-partita, l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew lil captain ta’ Hibs Anton Axiaq biex b’hekk iż-żewġ shields ewlenin marru Raħal Ġdid għal dan l-istaġun.
//= $special ?>