Internazzjonali

Iċ-Ċina tibda l-produzzjoni ta’ trattament għall-Covid

II-Gvern Ċiniż iffirma kuntratt mall-kumpanija Pfizer, biex tkun tista’ tibda tipproduċi fi kwantitajiet kbar il-pillola Paxlovid, pillola ġdida kontra l-Covid-19.

Il-kumpanija Pfizer saħqet li din il-pillola se tingħata lil adulti bil-għan li din tnaqqas s-sintomi tal-Covid milli jkomplu jiggravaw u jpoġġuhom f’riskju li jitilfu ħajjithom.

Il-pillola Paxlovid kienet awtorizzata għall-użu f’madwar 40 pajjiż, u bl-Unjoni Ewropea li tat il-barka tagħha lill-Member Stati li jridu jibdew it-trattament tal-Covid b’din il-pillola bit-tir aħħari jkun li tiġi kkontrollata l-firxa tal-varjant Omicron.

Sadanittant l-awtoritajiet Ċiniżi qalu li hemm bżonn aktar riċerka rigward dan it-trattament ġdid, madankollu l-produzzjoni se tibda sabiex tkun lesta għal meta toħroġ l-approvazzjoni mir-regolatur taċ-Ċina.

Min-naħa l-oħra d-direttur tad-WHO stqarr li r-riċerka qegħda turi li l-pandemija għandha tisfuma sal-aħħar ta’ din is-sena jekk sa dak iż-żmien ikolna 70 fil-mija tal-popolazzjoni kollha tad-dinja mlaqqma kontra l-virus.

It-tilqim madwar id-dinja mhuwix konsistietni… b’ħafna għadhom qed jirrifjutaw li jitlaqqmu għal kontra l-Covid.

Fi Franza, il-Pulizija waqqffet madwar 500 karozza li kienu deħlin lejn Pariġi biex jipparteċipaw fil-’freedom convoy’…. protesti għal kontra l-miżuri u t-tilqim obbligatorju..