Atletika Sport

Jeremy Zammit jikser ir-rekord nazzjonali fil-long jump indoor

L-atleta Malti Jeremy Zammit kiser ir-rekord nazzjonali fil-long jump indorr waqt l-AAI Indoor Games li qed isiru fl-Iralnda. Zammit għamel qabża ta 7.40 metri biex spiċċa wkoll fil-quċċata tal-klassifika.

Zammit kiser ir-rekord nazzjonali bi 3 ċentimetri, rekord li kien miżmum minn Rachid Chouhal. Dan kien it-tieni rekord nazzjonali li Zammit waqqaf din is-sena hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu, waqqaf rekord fil-long standing outdoor long jump.

Matul il-jum tas-Sibt l-atleta Charlotte Wingfield ukoll kienet fl-azzjoni hekk kif rebħet it-tellieqa tal-200 metru.