Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fir-Rabat

Sewwieq ta’ mutur minn San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat.

Il-każ seħħ il-Ġimgħa filgħaxija ftit qabel il-ħdax fi Triq Ġorġ Borg Olivier meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-mutur tal-għamla Peugeoget Kisbee misjuq mir-raġel ta’ 48 sena, u Toyota Vitz misjuqa minn Żabbari ta’ 53 sena.

Fil-post ġie imsejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.