“Hija r-responsabbilta tagħna li nipprowovu kemm l-isport, kif ukoll l-volontarjat”.
Hekk stqarr Jesmond Saliba, l-Kummisarju tal-Organiżazzjonijiet għal-Volontarjat waqt it-tnedija ta’ Premju ġdid li se jibda ingħata kull sena mill-Uffiċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji bl-Isem ta’ Victor Calvagna Child Volunteer of the Year Award.
Ir-rispett kbir lejn il-ħidma u l-legat li ħalla warajh Victor Calvagna…li snin ilu waqqaf il-fondazzjoni Puttinu… kien evidenti waqt din l-attività li fakkret kif dan it-tabib li miet mewta traġika wara inċident li kellu fi tmiem is-sena li għaddiet mess tant ħajjiet u nissel f’ħafna l-imħabba lejn il-volontarjat.
Martina Fenech… żagħżugħa li kellha l-kanċer u li fl-imgħoddi kienet pazjenta ta’ Victor Calvagna tkellmet l-impatt li ħalla fuqha dan it-tabib.
Il-Kummisarju tal-Uffiċju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji Jesmond Saliba, tkellem ma’ NetNews dwar l-importanza li nħeġġu u nrawmu sens ta’ volontarjat kemm fit-tfal, kif ukoll fl-adulti.
Il-premju mniedi mill-Kummissarju għall-volontarjat ser ikun qed jingħata bħala parti mill-Awards li l-Kunsill Malti tal-Volontarjat jagħti kull sena biex jiċċelebra ħidma tal-volontiera f’pajjiżna.
//= $special ?>