Huma bosta l-mexxejja ta’ pajjiżi li jinsabu mħassba li minn ħin għall-ieħor tista’ teskala b’mod serju s-sitwazzjoni bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Pajjiżi bħar-Renju Unit, il-Ġappun, l-Awstralja, in-Norveġja, l-Iżrael u oħrajn qegħdin jitolbu lill-membri tal-korpi diplomati1i u ħaddiema fl-ambaxxati tagħhom biex jitilqu kemm mir-Russja kif ukoll mill-uffiċini fl-Ukrajna.
Fost dawk li tkellmu fl-aħħar sigħat hemm Jake Sullivan il-Konsulent għas-sigurta nazzjonali fl-Istati Uniti li saħaq li ħadd ma jistax ibassar fiċ-ċerta meta l-Kremlin se jibda l-invażjoni tiegħu, madankollu, hu tal-opinjoni li qabel ma jispiċċaw l-Olimpjadi tax-Xitwa f’Beijing fl-20 ta’ Frar, it-truppi Russi jkunu daħlu fl-azzjoni.
Rapporti mill-fruntiera fl-Ukrajna qed jgħidu li ta’ kulljum Moska qed tkmpli tistazzjona t-truppi f’żoni strateġiċi, bil-milizzja Ukrena tinsab fuq allert.
Diversi esperti militari spjegaw kif l-ewwel sinjal ta’ offensiva Russa probabilment tkun mossa li tissejjah ‘False Flag Operation’ fejn ir-Russja t’allega li truppi Ukrajni jkunu attakkaw lit-truppi Russi stazzjonati fuq il-fruntiera b’dan l-attakk jkun inxenat mit-truppi Russi infushom.
L-ewwel attakk mir-Russja fuq l-Ukrajna mistennija tkun xita tan-nar, b’diversi attakki mill-ajru … u bl-azzjoni li jmiss tkun tinvolvi nvażjoni mmedjata mit-truppi Russi li huma stazzjonati bil-lest fuq il-fruntiera.
Diplomatiċi miż-żewġ naħat jinsabu għaddejjin b’konferenzi u laqgħat varji, bir-Russja tkompli tisħaq li l-uniku mod li lesta tneħħi t-truppi jkun jekk ikollha xi tip ta’ garanzija min-naħa tal-Punent li jwaqqfu l-għoti tal-armi lill-Ukrajna u l-assiguarzzjoni li Ukrajna qatt ma tifforma parti minn Nazzjonijiet Uniti.
//= $special ?>