Lokali

Bħalma ġara fil-każ ta’ Pietru Pawl Busuttil l-arma tal-verità se tipprevali

Bħal ma ġara fil-każ ta’ Pietru Pawl Busuttil li ħalla memorji kbar fil-lokalità ta’ Ħal Safi, bniedem li sofra minn inġustizzji kbar taħt Gvern Laburista tal-passat, l-arma tal-verità se tipprevali u ż-żejt finalment se jitla’ f’wiċċ l-ilma. Hekk saħqu s-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino u d-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, iż-żewġ kelliema tal-Partit Nazzjonalista f’attività politika ġewwa Ħal Safi.

Is-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino qal li l-PN għandu rabta qawwija ma’ Ħal Safi u sellem il-memorja ta’ Pietru Pawl Busuttil li qal li għandu post fl-istorja ta’ Malta. Tenna li ppruvaw jagħmlulu ‘frame-up’ u li dan kien persuna li għandha ħafna x’nitgħallmu minnu.

Il-kelliem saħaq li meta tkun fuq in-naħa tas-sewwa, finalment tirbaħ. Sostna li l-PN qed jaħdem għall-missjoni waħda.
Semma wkoll l-Investimentli li għamel il-PN f’Ħal Safi fosthom l-industrija tal-avjazzjoni. Il-ġimgħa li għaddiet il-media tal-PL qal li għamlu referenza għall-passat, u dan għax semmejna lil Eddie Fenech Adami lejliet li għalaq żmienu. Aħna kburin bin-Nazzjonalisti bil-passat u dan għax dejjem ħadmu għall-ġid ta’ pajjiżna.

Michael Piccinino qal li l-PN qed jaħdem biex inġibu l-bidlu u l-PL għandu t-tendenza li jsemmu l-fazzjonijiet tal-PN, “aħna fazzjoni waħda għandna, l-fazzjoni tal-PN. Ħaddieħor qed jinduna fuq il-problemi fuq il-fazzjonijiet li għandu hu. Missjoni waħda għandu l-PN li jrid il-bidla għall-aħjar”, kompla jgħid il-kelliem.

Kompkla jgħid li għandha Prim Miniistru reattiv u niexef mil–ideat. Prim Ministru lin dejjemn jikkririka lill-PN fu il-proposti tiegħu u wara jagħmilhom hu bħal tal-voucherr, l-istrateġija tal-pandemija. Semma wkoll il-wage suppliment u fuq 12-il mozzjoni fil-Parlament il-PM qal li qed jaħdem fuq xi ħaġa simili u vvuta kontra.

Għaddew sitt xhur u ma għamel xejn lanqas fuq l-IVF xejn, wara li l-ewwel qal li mhux veru, ub issa qalu li se jagħtu refund. Dwar il-kontijiet tad-dawl u ilma, ilhom jisirqu 10 snin. L-ewwel qalu mhxu vera. wara qalu li hemm xi anomaliji, imma issa qed jgħidu li se jagħmlu xi ħaġa minn issa u s-serq tal-passat le.

Temm jgħid li l-miżuri li qed issemmi l-PN li ma jridx jagħmel Robert Abekla se jagħmilhom il-PN wara l-elezzjoni li jmiss. Robert Abela daħħalna fi problemi u ma jstax ikun hu li joħroġna mionnhom. Bidla fl-ideat u bidla fil-viżjoni li tant Malta għandha bżonn, bil-kelliem jisħaq mal-folla biex ma taqtax qalbha għax se naslu.

Tkellem ukoll id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li tkellem dwar il-memorji ta’ Raħal ta’ Ħal-Safi fi żmien meta Malta kienet normali u li n-nies kienu jirsistu u jaħdmu u ili l-Gvern imemxihom il-quddiem, imma illum l-istorja differenti. Huwa fakkar kemm kien sofra Ħal Safi fosthom l-inġustizzja li sofra Pietru Pawl Busuttil.

Delia qal li dan huwa Raħal li baqa’ sod u qatt ma ċeda li dejjem kellu l-arma tal-verità u dejjem jirbaħ is-sewwa. Il-poplu mhux dak li jaħsbu l-politiċi, imma l-importanti huma l-aspirizzjonijiet tan-nies. L-Air Malta tagħat servizz għal mijiet lim ħadmu ta’ vera u li kienu jħobbu u kienu wkoll jaħdmu fil-weekends, u l-grazzi li ħadu hija “l-ebda rikonoxxenza” iridu li xi ħadd li jitkellem għalihom mhux jiġu abbandunnati. Il-unions ma ħarġux jippreotestaw fit-toroq illum, minkejja dan.

In-nies jitkellmu fuq l-għoli tal-ħajja. Kien hawn unions li ħarġu jipprotestaw fuq l-għoli tal-ħajja fil-passat. Illum x’sar minnhom?, staqsa Delia. Nies li m’għandhom biex jixtru l-mediċina u reġa’ tfaċċa l-pitazz biex isir il-ħlas bin-nifs. Semma’ b’każ ta’ ħanut tal-merċa li għexierem ta’ nies iħallsu bil-pitazz.

Tkellem ukoll dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, li qed taffettwa lil eluf ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin.
Tkellem ukoll dwar il-festi fejn kull raħal f’Malta iħobb. Taħt dan il-Gvern jidher li l-Malta Film Awards ma jibżax mill-virus, imma jibża’ mill-festi.

Dan huwa Gvern biex jagħmel minn kollox biex jillimita l-festi. Xi ħaġa li hija fil-kultura Maltija. Dawk kollha li jħobbu l-fest għandhom dritt igawdu mill-libertijiet fundaentali tagħhom. Tkellem ukoll dwar is-saga li ma tieqaf qatt tal-Vitals u Stewart.

Qal li President ta’ Stewart, Nadine Delicata li qalet li kollox diżastru, li ma kien hemm l-ebda trasparenza u kontabbilità ta’ xejn u li sabu diżastru assolut. Tenna li suppost kien hemm tender għall-isptarijiet u li ma kienx hemm xejn. Kumpanija li ngħatat t-tender kienet ilha ffumata xahar wieħed biss u bla esperjenza, ta’ xejn b’elf ewro biss, x’tagħmel tajjeb.

Kellhom jagħmlui sptar ġdid f’Għawdex. St. Luke mill-ġdid u xogħol kbir fl-isptar Karen Grech u ma għamlu xejn.
Tenna lim Stewart kellu jħallas 36 miljun ewro f’ VAT u l-Gvern ma għamel xejn, anzi marru l-Parlament u spiċċaw kompliċi fis-serq u vvutaw kollha biex il-budger għalihom minn 50 miljun jitla għal kważi 70 miljun ewro mill-flus il-poplu.

Il-ħaddiem ingħata Dawn li ngħaatrw 1.75 ewro. Finalment huwa xejjen dak kollu li qegħdin jgħidu l-avversarji poltiiċi dwar il-firda u qal li l-ewwel u qabel kollox għalih hija Malta, li għandu jkollu isem fil-għoli u l-Partit Nazzjonalista, saħaq li jistgħu jattakkawh kemm iridu imma tenna li se jkompli jiġġieled għall-pajjiż f’isem il-PN.