Lokali

Ċiklist iweġġa’ gravi f’inċident f’Ħal Luqa

Ċiklist ta’ 34 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq L-Ewwel Titjira, Ħal Luqa.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jidher li seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm Ingliż ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar, u Isuzu NPR, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 42 li joqgħod Wied il-Għajn.

Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.