Coronavirus Lokali

Covid-19: 4 mwiet oħra kaġun tal-pandemija

Fl-aħħar 24 siegħa l-pandemija ħatfet il-ħajja ta’ 4 persuni oħra.

Dan ġie mħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn ġie spjegat li bejn is-Sibt u l-Ħadd tilfu ħajjithom żewġ nisa ta’ 77 u 83 sena, kif ukoll żewġt irġiel ta’ 65 sena u 66 sena.

Dan ifisser li b’kollox il-virus tal-Covid-19 ħataf il-ħajja ta’ 589 f’pajjiżna s’issa bi 30 fatalità fl-aħħar disat ijiem

Fl-ahhar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 116-il każ ġdid, b’57 persuna rikoverati l-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-virus, inkluż 4 pazjenti li għadhom qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Dan filwaqt li bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fiequ 207, sabiex b’hekk il-każi attivi issa qed jammontaw għal 1,680.

Tags