Futbol Sport

Draw bejn iż-żewġ timijiet f’qiegħ il-klassifika

Matthias Mizzi

SLIEMA W …………………. 1

SANTA LUCIA ………………………. 1

Sliema Wanderers: D. Cassar, J. Morales, R. Schiavi (69 D. Vukovic), K. Shaw, R. Kisil (65’ I. Gui), E.Agius, D. Holla, M. Piciollo (77’ J. Goncalves), O. Linton, M. Beerman, V. Berisha

Santa Lucia: J. Haber, A. Prates, J. Pisani, N. Pulis, G. Conti (70’ J. Tanti), P. Silva Mota, V. Plut, A. Valport (70’ J. Zerafa), L. Pretes, D. Xuereb, Y. Soares.

Imwissija: 28’ E. Agius, 40’ J. Pablo Morales, 43’ D. Xuereb, 59’ V. Bersiha, 87’ L. Prates, 90’ J. Zerafa

Skorjaw: 13’ Vito Plut, 45+2’ Ruslan Kisil

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees:  Edward Spiteri & Roberto Vella

Raba’ Uffiċjal: Fydor Zammit

BOV Plejer tal-Logħba: Vito Plut (STL)

F’konfront dirett bejn iż-żewġ timijiet f’qiegħ il-klassifika, it-tnejn li huma kellhom joħorġu minn din il-partita b’punt wieħed biss f’idejhom. L-aktar tim li approfitta minn dan ir-riżultat kien Mosta li b’hekk komplew jitbiegħdu miż-żona tar-relegazzjoni.

Fl-ewwel taqsima, il-plejer tal-logħba Vito Plut kellu diversi tentattivi lejn il-lasti opposti tant li fit-13-il minut spara xutt mill-aqwa u li kien diffiċli għal David Cassar biex isalva. Sliema Wanderers irrispondew b’mod tajjeb biex ftit mumenti wara Valmir Berisha niżżel kross b’daqqa ta’ rass li għadda jħakkek mal-wieqfa. Mas-26 minuta Santa Lucia kienu sfortunati li ma rdoppjawx l-iskor meta mill-viċin Plut laqat il-mimduda u mill-istess azzjoni Cassar wettaq save ieħor minn mal-art. Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima Sliema Wanderers daħlu jistrieħu fi skor indaqs meta Berisha xxutja fil-baxx, Haber salva parzjalment u f’last vojta Ruslan Kisil spara xutt f’lasta vojta.

It-tieni taqsima kienet ikkaratterizzatta minn inqas azzjonijiet perikolużi biex fis-62 minuta Matteo Picciolo ttanta xortih minn tarf il-kaxxa l-kbira iżda l-konklużjoni tiegħu kienet waħda ċentrali. Fl-aħħar ħinijiet tal-partita, Sliema ħolqu ftit tal-pressjoni fuq l-avversarji meta d-daqqa ta’ rass mis-sostitut Goncalves tgħaddi ferm viċin.