Lokali

“Gvern ġdid Nazzjonalista huwa kommess li inti tgħix aħjar u jpoġġi lil Malta l-ewwel u qabel kollox”

Waqt l-attività politika li saret dalgħodu f’Ħal Safi, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel referenza għad-diskors ta’ Adrian Delia fejn għall-PN…. l-ewwel jiġi l-pajjiż u mhux l-interessi personali. Bernard Grech irringrazzja lis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino għall-ħidma tiegħu li kuljum b’sens ta’ dover inkredibbli juri li ż-żgħażagħ huma verament il-futur ta’ dan il-Partit u tal-pajjiż.

Fid-diskors tiegħu huwa fakkar il-memorja ta’ Pietru Pawl Busuttil u l-frame up li kien sar fuqu.. turija ċara li n-Nazzjonalisti huma ulied dan in-nazzjon.

Il-Kap tal-PN saħaq li qegħdin fil-politika biex naraw min jista’ jagħmel il-ħajja tal-poplu Malti aħjar. Saħaq li wieħed ma jistax iġib l-interessi tal-poplu l-ewwel jekk il-Prim Ministru ta’ kuljum irid jara kif jagħmel biex jaħbi l-iskandli li qed ifeġġu.

Min-naħa l-oħra l-Partit Nazzjonalista jara li kulħadd jimxi ‘l quddiem f’ħajtu għax dan huwa dritt ta’ kull Malti u Maltija. Filfatt kien il-Partit Nazzjonalsita li fetaħ il-bibien għall-edukazzjoni terzjarja.

Huwa fakakr kif din il-ġimgħa għex mumenti sbieħ waqt il-festa ta’ San Pawl fil-Belt Valletta, fejn qal li li huwa importanti li nkomplu nfittxu dak li jgħaqqadna… il-valuri, il-prinċipji u t-tradizzjonijiet. Għalhekk irridu naraw li mill-iktar fiss possibbli nkomplu niċċelebraw il-festi kollha tal-lokalitajiet ta’ pajjiżna.

Ma setax jonqos li Bernard Grech jitkellem ukoll dwar iż-żjara li għamlet f’pajjiżna l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola  … Maltija bħalna li waslet għax kapaċi…. Għax kien il-PN li ħolom li l-Malti jista’ jirnexxi kullimkien.

Bernard Grech qal li fl-elezzjoni li jmiss għandna għażla u ċans ieħor li l-poplu Malti jerġa’ jwarrab l-interessi personali u jpoġġi fuq quddiem l-interess tal-pajjiż u jagħżel partit miftuħ li għandu l-għan li lil pajjiżna jagħtih l-unur li jixraqlu.

Il-Kap tal-PN qal li li se joħroġ fuq il-ħames distrett għax hija għażla bbażata fuq konvinzjoni u mhux konvenjenza. Mhux bħall-għażla li għamel Robert Abela li jinteressah biss minnu nnifsu. Huwa evidenti li Robert Abela jinsab mitluf f’pika diretta ma’ Joseph Muscat. Fejn kull ġurnata li tgħaddi qed toħroġ aktar evidenti d-differenza bejn iż-żewġ partiti.

Bernard Grech fakkar li kien il-Gvern Laburista li daħħalna fil-lista l-griża u ttappnet ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Huwa qal li għandna klikka Laburista li ħakmet Partit Laburista li xi darba kellu ruħ soċjali u minflok ħadem għall-ġid tal-poplu, ħadmu u stinkaw biex jiddefendu lill-kriminali sħabhom.

Huwa semma l-istorja li ġiet żvelata fil-media li titfa’ akkużi xokkanti fuq il-Prim Ministru Robert Abela… Prim Minstru li qed ikompli fuq ta’ qablu. Bernard Grech qal li Abela għandu obbligu li jwieġeb fuq dawn l-akkużi kollha… fosthom li kien kompliċi f’evażjoni ta’ taxxa.

Semma kif Robert Abela kien qed jirċievi 28,000 fix-xahar u waqt dan kollu, l-għoli tal-ħajja jibqa’ jiżdied.

Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni qed jaffettwa l-ħajja tan-nies allura aħseb u ara kemm jsita’ jagħmel iktar jekk ikun fil-Gvern. Fost oħrajn semma l-proposta tal-PN li jkun hemm servizz ta’ tabib tal-familja b’xejn għall-anzjani. Għalhekk Gvern ġdid Nazzjonalista huwa kommess li inti tgħix aħjar u jpoġġi lil Malta l-ewwel u qabel kollox.