Ħamest irġiel jinsabu arrestati b’rabta ma’ pussess u traffikar tad-droga.
Dan seħħ wara li l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga għamlu tfittxijiet fi stabbiliment f’Għajnsielem. Dawn it-tfittxijiet waslu biex il-Pulizija sabet sustanza suspettata kokaina fil-pusses ta’ tliet irġiel ta’ 59, 30 u 22 sena.
Wara t-tfittxijiet f’Għajnsielem saru tfittxijiet oħra fix-Xagħra, fejn il-Pulizija bdiet issegwi vettura li fiha kien hemm żewġ żagħżagħ ta’ 20 u 21 sena. Il-vettura twaqqfet mill-pulizija u saret tfittxija mill-pulizija fil-karozza, fejn irriżulta li ż-żagħżagħ kellhom fil-pusses tagħhom sustanza suspettata kannabis lesta għat-traffikar.
L-irġiel u ż-żagħżagħ ġew arrestati u ttieħdu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana fejn qegħdin jinżammu għal aktar stħarriġ u mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.
B’dan il-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li ħatret inkjeta b’rabta ma’ dan il-każ.
L-investigzzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>