“Gvern ġdid Nazzjonalista jwiegħed li t-taxxi kollha u kontribuzzjonijiet għas-sigurtá soċjali li akkumulaw matul il-pandemija tal-COVID-19 jitħallsu fuq perjodu ta’ tmien snin bl-iskop li ngħinu lin-negozji tagħna minħabba l-isfidi li qed jiffaċċjaw fejn tidħol cash-flow.”
Din il-proposta li ħabbar il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech il-Ħadd filgħodu f’Ħal Safi, hija turija ċara ta’ kemm l-Partit Nazzjonalista jifhem il-weġgħat tan-nies u jaħdem sabiex kulħadd ikun jista’ jgħix b’mod dinjituż.
Permezz ta’ din il-proposta, it-taxxi kolha li kienu akkumulati matul il-pandemija jkunu jistgħu jitħallsu fuq perjodu ta’ tmien snin sabiex in-negozji jkunu jistgħu jtaffu l-problema ta’ cash flow. Turija ċara ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista jressaq aktar proposti konkreti għall-familji Maltin u Għawdxin… proposti li se jtejbu l-ħajja ta’ kull persuna… ta’ kull ħaddiem… ta’ kull familja.
Matul id-diskors tiegħu Bernard Grech saħaq li l-Partit Nazzjonalista mill-Oppożizzjoni qed jaffettwa l-ħajja tan-nies aħseb u wara kemm jista’ jaħdem iktar ladarba jingħata l-fiduċja tal-poplu u jkun fil-Gvern.
Il-Kap tal-PN saħaq li Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minnu huwa kommess li kulħadd jgħix aħjar u jpoġġi lil Malta l-ewwel u qabel kollox.