Victor Vella li ilu jaħdem fil-gazzetti It-Torċa u l-Orizzont għal dawn l-aħħar 27 sena u li sa ftit ilu kien l-editur, ġie sospiż mill-Union Print li hija kumpanija tal-General Workers Union.
Is-sit Newsbook.com.mt qed jirrapporta li Vella ġie sospiż fuq artiklu li ma kienx jirriffletti l-pożizzjoni tal-Partit Laburista.
L-istess sit qed jgħid li l-GWU mistennija twaqqaf Bord biex iqis x’se jkun id-destin ta’ Vella wara din is-sospensjoni. Hu mifhum li mart Vella tellgħet post fuq Facebook nhar il-Ħamis wara li tħabbret id-data taż-żjara tal-Papa fejn qalet li fiż-żjara tiegħu il-Kap tal-Knisja Kattolika għandu jitkellem dwar kif inħallu l-persuni jegħerqu f’nofs ta’ baħar, dwar l-abort u dwar il-pagi mhux xierqa għall-ħaddiema u kkumentat kif min jazzarda jiftaħ ħalqu jispiċċa jaqlagħha.
Issa jidher li kienet l-istess Union li għalqet ħalq l-editur tagħha stess b’din il-mossa.
Sa issa ma kien hemm l-ebda kummenti minn uffiċjali tal-Union dwar din is-sospensjoni.
//= $special ?>