Lokali

L-edizzjoni ta’ din is-sena tal-X factor tintrebaħ minn Ryan Hili

Ryan Hili huwa uffiċjalment it-tielet rebbieħ tal-X factor Malta, wara diversi preżentazzjonijiet impekkabbli li wera matul din l-edizzjoni tal-X Factor.

Ryan apparentament ma riedx jieħu sehem f’dan il-konkors, madankollu, sħabu qalulu li jekk mhux se japplika hu, se jispiċċaw japplikawlu huma għalih, sabiex ma jżommx mistur it-talent tiegħu għall-mużika.

Għal dan l-għalliem, li jipparteċipa fil-finali tal-X Factor kienet diġa xiħaġa kbira f’għajnejh. Madankollu, Ryan għeleb kull sfida li ltaqa’ magħha waqt din l-edizzjoni sabiex jirbaħ dan il-konkors u jirċievi il-premju totali ta’ 50,000 ewro.

Il-finali ta din l-edizzjoni tal-X Factor kienet waħda kopmettitiva mmens b’Drakard, Lisa Gauci u Ryan Hili jikkompetu bejn xulxin għall-ewwel post f’din il-kompetizzjoni.

Madankollu, kien Ryan Hili li rebaħ din l-edizzjoni tal-Xfactor bl-aħħar preżentazzjoni tiegħu bid-diska ‘Somehwere only we know’.

L-uniku mistoqsija li issa għad fadlilna għal Ryan Hili issa hi – xi jmiss għal dan l-artist?