“L-id tal-lemin twaħħal fl-id tax-xellug”
Hekk saħaq il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ambjent Robert Cutajar dwar l-aħbar li l-Kummissjoni Ewropea se tressaq lill-Gvern Malti quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja minħabba l-ammont kbir ta’ drenaġġ li qed jintrema’ mill-Gvern Malti fl-ibħra Maltin.
Il-Kummissjoni Ewropea saħqet li l-Gvern Malti qed ifalli milli jimxi mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-mod kif id-dranaġġ jiġi kkontrollat fil-pajjiżi membri, bil-konsegwenza li l-baħar Malti, kull sekonda qiegħed jkompli jitniġġeż. Dan filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea kienet diġà ċanfret lill-Gvern Malti f’Marzu tal-2017.
Mistoqsi dwar min se jkun qed iġorr ir-responsabbiltà ta’ dan il-falliment, il-Ministru Aaron Farruġia farfar u tefa’ t-tort kollu fuq il-kollega tiegħu l-Ministru Miriam Dalli.
Dan ifisser li għalkemm it-tniġġiż ambjentali jaqa’ taħt il-dekasteru ta’ Aaron Farrugia, hu mhux lest li jġorr din ir-responabbiltà.
Fid-dawl ta’ dan kollu d-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li meta l-affarijiet jkunu sejrin tajjeb id-deputati Laburisti kollha issibhom lesti biex jippuppaw sidirhom u jidhru, iżda meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ inkompetenza, jispiċċaw b’deputat iwaħħal fl-ieħor, bl-ebda wieħed ma’ jġorr ir-responsabbilta.
//= $special ?>