Il-Partit Nazzjonalista għandu ferm għal qalbu lill-ħaddiema fosthom lill-Korpi Dixxiplinari, għalhekk Gvern ġdid Nazzjonalista mmexxi minn Bernard Grech se jara li dawn il-ħaddiema jirċievu l-pensjoni filwaqt li jibqgħu jagħti s-servizz tagħhom fil-komunità.
Bernard Grech qal li l-Partit Nazzjonalista irid li l-persuni jaħdmu u jirnexxu… kien għalhekk li ressaq din il-proposta li se tgħin li bosta ħaddiema.
Il-Kap tal-PN għamel referenza għall-ħaddiema li tkeċċew mill-Air Malta u qal li għandu l-obbligu li jagħmel minn kollox biex dawn il-ħaddiema u l-familji tagħha jkollhom serħan il-moħħ.
Dan b’kutrast għall-Prim Minsitru Robert Abela li mhux qed iħoss il-polz tan-nies hekk kif jinsab maqtugħ mir-realtà u mit-tbatijiet li għaddejjin minnnhom diversi familji, ħaddiem u pensjonanti.
Bernard Grech qal li fl-elezzjoni ġenerali l-poplu għandu għażla quddiemu… bejn Gvern li fit-tmexxija tiegħu għandu Prim Ministru mitluf f’pika ma’ Joseph Muscat…. U Partit Nazzjonalsita li jġib l-ineteress nazzjonali l-ewwel u qabel kollox.