L-atelta Maltija Mireya Cassaar rnexxielha twaqqaf rekord nazzjonali ġdid fil-hammer throw fil-kompetizzjoni staġjonali fil-Ġermanja. Hi rnexxielha tikseb distanza ta’ 47.46 metri biex kisret ir-rekord nazzjonali stabbilit ta’ 46.75 metri. Dan kien ukoll l-aħjar riżultat personali għal Cassar biex mhux biss stabbilixit rekord fil-kategorija tal-kbar, iżda anke fil-kategoriji ta’ taħt l-20 u t-23 sena. Matul l-aħħar erba’ xhur Mireya Cassar kienet qed titħarreġ f’Mannheim fil-Ġermanja mal-coach ta’ fama mondjali Khalid Wajih.
//= $special ?>Mireya Cassar b’rekord nazzjonali fil-hammer throw
13 ta' Frar 2022