Futbol Sport

Special Olympics u Alex Anastasi fit-18-il programm

Fit-18 il-programm SPORT EXTRA li se jixxandar illum fuq NetTV mit-3.20 pm ‘l quddiem huwa wieħed marbut ma’ żewġ avvenimenti importanti fil-kalendarju tal-isport Malti tal-2022 u dwar dak li seħħ 50 sena ilu fit-table tennis lokali.

Charles Camenzuli fil-ġranet li għaddew intervista lil ANNA CALLEJA – Direttur għal Malta ta’ Special Olympics u l-moħħ wara l-organizazzjoni tal-akbar avveniment ta’ Special Olympics għall 2022. Bejn it-13 u t-18 ta’ Mejju se jsiru f’Malta l-Invitational Games Special Olympics.

Fit-tieni parti tal-programm avveniment ieħor iżda fit-table tennis u dak li seħħ 50 sena ilu meta t-tim taċ-Ċina żar Malta għal partiti ta’ esibizzjoni kontra selezzjoni ta’ plejers Maltin. Intervista interessanti ma’ ALEX ANASTASI li f’dak il-perijodu kien fl-aqwa tal-karriera u fl-istess waqt mexxa lit-tim Malti kontra c-Ċina.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa u Ramon Farrugia.