Chris Cassar
TARXIEN R. ……………… 3
LUQA SA. …………………. 0
Tarxien R: J. Borg, C. Conceicao Filho, D. Borg, W. De Oliveira, D. Falzon, K. Cutajar, B. Muscat, B. Farrugia, S. Nanapere, M. Tabone, T. Nonato Peixoto.
Luqa SA: J.R. Villar Flores, S. Grech, A. Abdel Rahman, J. Micallef, M. Farrugia, D. Camilleri, M. Dominicius, A. Camilleri, R. Schembri, L. Mallia, A. Sant
Referee: Jason Portelli
Tarxien skorjaw tliet darbiet fi spazju ta’ seba’ minuti biex kisbu tliet punti oħra fit-tellieqa tagħhom lejn il-promozzjoni. Kienet logħba mingħajr wisq storja fejn Luqa jidher li issa huma rassenjati għal ritorn immedjat fl-Amateur League.
Dominju sħiħ minn Tarxien sa mill-ewwel tisfira tar-referee fejn Luqa kienu kostretti jiddefendu għal ħinijiet twal u qatt ma resqu lejn il-lasta avversarja. Tarxien fallew diversi ċansijiet ta’ skor qabel fetħu l-vantaġġ fis-27 minuta. Fil-fatt Wellington falla għal darba darbtejn waħdu quddiem il-lasta fejn hawnhekk spikka l-goalkeeper Amerikan ta’ Luqa li wettaq żewġ saves stupendi.
Il-goalkeeper Villar Flores kien salvat mil-lasta fit-22 minuta fuq daqqa ta’ ras ta’ Nonato. Finalment fis-27 minuta Tarxien fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ korner il-ballun wasal fiż-żona ta’ Wellington li b’xutt nofs dawra spara fix-xibka. Ħames minuti wara l-iskor sar 2-0 meta Nonato Peixoto żmarka ruħu tajjeb fuq il-lemin u għaleb lil Villar Flores li kien ħiereġ biex jagħlaq l-angolu.
Fl-34 minuta Nonato Peixoto skorja t-tieni gowl personali tiegħu fejn din id-darba ma kellux diffikulta jkompoli l-ballun għal ġewwa mill-viċin wara xogħol tajjeb ta’ Wellington. Fit-tieni taqsima Tarxien ħallew l-inizjattiva lill-avversarji iżda xorta kienu huma l-iktar perikolużi b’xutt ta’ Silva Faria jaħbat mal-lasta.
//= $special ?>