Lokali

Abela jagħmel bojkott lit-Times

Qed tgħidu kemm tifilħu gideb. Diżgustanti.

Din kienet ir-reazzjoni ta’ rabja mill-Prim Ministru Robert Abela wara li fl-aħħar jiem inqabad li kien f’deals ma’ żagħżugħ akkużat li għandu rabtiet serji fil-kriminalità organizzata.

Abela kien qed jipprova jaħrab mid-domandi diretti tal-ġurnalisti tat-Times u saħansitra spiċċa jgħid li se jagħmel bojkott lil dan il-ġurnal.

Meta mistoqsi fuq il-propjetà li kien qed jinnegozja u d-deal li daħal fih ma’ Christian Borg il-Prim Ministru farfar fuq in-Nutara.

Ippressat bid-domandi tal-media, hu kkonferma li kien hemm profitt minn dan id-deal fuq propjetà.