Futbol Sport

Fiorentina b’rebħa missielta kontra Spezia

(Ritratt: EPA)

Bit-tnax ir-rebħa tal-Kampjonat , Fiorentina telgħu waħidhom fit-tmien post tal-klassifika punt inqas minn Roma. Spezia li sofrew l-inizjattiva tul il-partita kollha fil-mument li kisbu l-gowl tad-draw dehru konvinti li jiksbu punt importanti sal-mument li fid-89 minuta sofrew it-tieni gowl. Fis-sittax il-minuta foul ta’ Arkadiusz Reca fuq Nicolas Gonzalez. Ir-referee Matteo Marchetti kkonsolta l-VAR u saffar penalty għal Fiorentina. Taħ Krzysztof Piatek li naqas milli għeleb lil Ivan Provedel bil-ballun jaħbat mal-lasti.

Minkejja l-penalty fallut, Fiorentina baqgħu fuq l-offensiva tant li fit-42 minn azzjoni ta’ Youssef Maleh kien PIATEK li għeleb lil Provedel . Gowl li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima kontra x-xejra tal-logħob, fl-74 minuta Spezia kisbu l-gowl tad-draw wara li KEVIN AGUDELO li kien daħal bħala sostitut flok Jacopo Sala, għeleb lil Pietro Terracciano. Reazzjoni immedjata minn Fiorentina li fid-89 minuta marru fil-vantaġġ b’gowl minn SOFYAN AMRABAT li minn pass ta; Arthur Cabral għeleb lil Provedel għat 2 – 1

SERIE A

Illum: Spezia v Fiorentina 1-2