Lokali

L-IĠM inkwetat bid-deċiżjoni tas-sospensjoni tal-editur Victor Vella

Fi stqarrija maħruġa l-IĠM jinsab inkwetat bid-deċiżjoni tal-Union Print li tissospendi l-editur Victor Vella.

Huma qalu li filwaqt li l-General Workers’ Union, li hi sid tal-Union Print, qalet pubblikament li s-sospensjoni hi marbuta ma’ kwistjonijiet amministrattivi, mill-fatti magħrufa s’issa lill-IĠM, jidher li r-raġuni vera hi marbuta ma’ deċiżjonijiet editorjali li ħa Vella u li ma niżlux tajjeb mat-tmexxija tal-kumpanija.

Komplew jgħidu li filwaqt li kumpanija għandha dritt tappunta editur li jidhrilha li hu l-aħjar biex javvanza l-linja ta’ ħsieb li tixtieq timbotta, ma jidhirx li Vella mar kontra l-prinċipji tal-Union Print. L-IĠM jixtieq jesprimi solidarjetà ma’ Vella u jikkundanna dan l-aġir sproporzjonat mill-Union Print fil-konfront tiegħu.