Il-Maratona ta’ Malta tinsab f’riskju li għat-tielet darba ma sseħx minħabba nuqqas ta’ koperazzjoni min-naħa tal-gvern u l-awtoritajiet konċernati.
Dan wara li r-rotta proposta mill-organizzaturi, li ilha tintuża mill-2009, għadha ma ġietx approvata mill-gvern u minn Transport Malta, bil-persuni inkarigati minn dan l-avveniment jibqgħu mingħajr tewġiba.
L-organizzaturi saħqu li din ir-rotta hija waħda sigura u li tirrispetta r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali biex ikun organizzat avveniment bħal dan.
Intant, l-organizzaturi qed jagħmlu minn kollox biex is-37 edizzjoni ta’ din il-Maratona sseħħ, fejn saħansitra proponew li kemm in-nofs Maratona kif ukoll il-Maratona prinċipali jibdew sija qabel.
Fil-jiem li għaddew Transport Malta tat lill-organizzaturi rotta differenti minn dik użata għall-aħħar tnax-il sena, liema rotta ġiet deskritta inaċċettabbli mid-Dipartiment tal-Emerġenza f’Mater Dei, mill-Malta Red Cross kif ukoll mis-sezzjoni tal-Pulizija tat-Traffiku.
//= $special ?>