Spiċċat b’wiċċ il-ġid l-avventura ta’ grupp ta’ Maltin illi fl-aħħar jiem marru ‘offroading’ fir-reġjun tan-Nebrodi fi Sqallija. Meta għal xi ħin kienu maqbuda fil-bosk ta’ Alcara Li Fusi.
Is-sit Nebrodi News qed jirrapporta li l-Maltin vjaġġaw lejn Sqallija bil-Land Rover tagħhom biex iqattgħu xi jiem għal btala, meta f’waqt minnhom spiċċaw maqbuda fit-tajn u fis-silġ. B’kollox, jidher li l-Maltin kienu ma’ grupp akbar – b’total ta’ tliet vetturi.
Il-Maltin ingħataw għajnuna immedjata min-nies tal-post, u ma sofrew ebda ġrieħi.
Ara l-filmat hawn: