Lokali Parlament

Min ikun abbużat fuq l-internet għandu jkollu l-kuraġġ li jitkellem

Adrian Delia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia appella lil min qed ikun abbużat fuq l-internet biex jitkellem u jfittex l-għajnuna.

Fil-parlament Adrian Delia qal li fl-imgħoddi s-soċjetà kienet tesprimi ruħha fil-pjazez u fit-toroq bit-tajjeb u l-ħażin u spjega li l-abbużi għadhom jeżistu. Hu kkundanna l-abbużi li jsiru fuq it-tfal b’mod partikolari l-filmat ta’ aggressjoni kollettiva fuq tifla.

Dan hu tat-tkexkix fis-soċjetà Maltija Nisranija u Kattolika, sostna d-deputat Nazzjonalista, li staqsa x’qed isiru mill-parlament biex ma junx hemm dawn l-episodji fis-soċjetà.

Dawn il-każi qed jiżdiedu fis-soċjetà Maltija b’effetti fuq is-soċjetà. Dan issa qed ikun trasmess fis-soċjetà virtwali, sostna Adrian Delia, li kompla li dawk li jipperpetwaw dawn ir-reati huma nies ta’ veru għalkemm jistgħu jistabħew wara l-fake profiles. Il-vittmi u l-vulnerabbli iżda huma nies ta’ veru u se jibku u jweġġgħu fejn hemm anki min jispiċċa jneħħi ħajtu b’idejh.

Id-deputat Nazzjonalista qal li għalhekk importanti li jsiru l-liġijiet flimkien mal-attrezzar tal-forzi tal-ordni. Hu semma’ lil Raisa Falzon mill-Mosta u rrifera għall-attakki li din sofriet minħabba d-diżabbiltà tagħha.

Ma kienx possibbli li jkun stabbilit min kien hemm wara l-profili foloz, sostna Adrian Delia, li sostna li Raisa Falzon se tibqa’ titkellm anki f’isem dawk li forsi jibża’ jitkellem. Hu appella biex min qed jiġi abbużat jitkellem u jfittex l-għajnuna għaliex l-imsieken huma propju dawk li jinħbew wara l-kompjuter.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li dan ir-reat issa hu pubbliċi bil-flus u bil-ħabs u sostna li ż-żgħażagħ iridu joqgħodu attenti lil min ikellmu fuq l-internet.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-l-parlament Malti qed jirrikonoxxi li l-abbużi fuq l-internet mhux aċċettabbli u i se jkun hemm il-konsegwenzi waqt li se ssir kampanja ta’ informazzjoni. L-attakki mhux bilfors ġejjin minn Malta.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex ikun hemm ukoll il-projbizzjoni u d-diżużu ta’ min jinqabad u jinstab ħati biex ma jkunx hemm każi oħra. Għandu jkun ikkunsidrat ukoll l-aspett ta’ qrubija tal-vittmi.

Adrian Delia appella wkoll biex isir analiżi tas-soċjetà u tal-mod kif it-tfal huma esposti għal ammont kbir ta’ vjolenza li qed teffettwa setturi sħaħ tas-soċjetà. Jeħtieġ għalhekk li jkun hemm kunsiderazzjonijiet dwar is-soċjetà Maltija u l-mod kif qed tiżviluppa u kif tgħin lill-vulnerabbli.