Futbol Sport

Qala Saints jirbħu l-konfront dirett f’ras il-klassifika

(Ritratt: Gozo F.A.)

F’logħba milgħuba fil-Kerċem Stadium, Qala Saints u Munxar Falcons iltaqgħu f’logħba diretta bejn l-ewwel żewġ timijiet fil-klassifika. Kienu Qala Saints li ħarġu rebbieħa b’gowl kull taqsima. Kien Ryan Meilak li fetaħ l-iskor fit-42 minuta filwaqt li Brandon Said irdoppja fit-58 minuta. B’din ir-rebħa Qala Saints ikkonsolidaw l-ewwel post tal-klassifika biex issa jinsabu tmien punti vantaġġ fit-tieni diviżjoni u pass eqreb li jkunu nkurunati champions. F’logħba oħra mill-istess diviżjoni, Saint Laurence Spurs rebħi lil Xagħra United bl-iskor ta’ 3-1. Kienu St Laurence li fetħu l-iskor minn Alen Haska fir-raba’ minuta filwaqt li Xagħra rrispondew b’gowl fl-24 minuta minn Shemar Tristan Blair. Fit-tieni taqsima Saint Laurence aċċertaw mit-tliet punti b’goals ta’ Andrew Attard fit-73 minuta u Jurgen Mario Portelli ssiġilla r-rebħa b’gowl fil-107 minuta. B’din ir-rebħa Saint Laurece telgħu fit-tielet post tal-klassifika.

It-Tieni DiviżjoniLP
Qala Saints822
Munxar Falcons814
St Lawrence Spurs912
Żebbuġ Rovers811
Xaghra United97
Gharb Rangers84

Oratory Youths jirbħu tlett punti importanti fl-ewwel diviżjoni

Azzjoni mill-partita bejn Oratory Youths u Victoria Hotspurs (Ritratt: Anaca Photography)

Fl-unika logħba mill-ewwel diviżjoni Oratory Youths għelbu lil Victoria Hotspurs bl-iskor ta’ 3-2. Kienu Victoria Hotspurs li fetħu l-iskor minn Olimpio Gabriele Fernandes li għeleb lil gowlkiper avversarju mill-11-il metru. Minn hemm bdiet ir-rimonta ta’ Oratory Y li skurjaw tlett darbiet minn Pablo Vinicius De Moraes Ferreira fil-25 minuta permezz ta’ penalty, kif ukoll fil-57 u l-75 minuta. Victoria naqsu l-iskor minn penalty ieħor mogħti minn Henrique De Souza Maciel fil-85 minuta. Permezz ta’ din ir-rebħa Oratory Y inqlgħu mill-aħħar post tal-klassifika u telgħu fil-ħames post.

L-Ewwel DiviżjoniLP
Nadur Youngsters FC1234
Ghajnsielem FC1223
Kercem Ajax FC1222
Victoria Hotspurs FC1315
Oratory Youths FC1313
Sannat Lions FC1212
Xewkija Tigers FC1211
SK Victoria Wanderers1210