Lokali

Robert Abela juża l-media tiegħu biex irewwaħ kampanja negattiva

Bernard Grech jerġa' jisfida lil Robert Abela għal dibattitu wiċċ imb'wiċċ

“Il-Prim Ministru Robert Abela bagħat drone biex jiffilmja d-dar tiegħi fil-Mosta. U minflok ma wieġeb mistoqsijiet leġittimi mill-ġurnalisti dwar id-deals suspettużi tiegħu, ordna lil One News biex jivvintaw storja dwari.”

Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech wara li fl-aħħar sigħat eskalat il-kampanja negattiva tal-media tal-Partit Laburista, speċjalment issa li Abela inqabad f’deals ma’ persuna akkużat b’rabtiet mal-kriminalità organizzata – rabta ma’ Christian Borg illi ammettiha Abela innifsu.

Bernard Grech minn naħa tiegħu stqarr illi li kieku One News talbuh, kien jagħtuhom dawra mad-dar tal-familja tiegħu li “bnejna għalina u li għaliha kellna naħdmu għal għexieren ta’ snin (weekends inklużi), u xogħol b’idejna ukoll.”

“Dan b’differenza minn Robert Abela, m’għandi xejn x’naħbi.Ma sibtx is-sodda mifruxa u qatt ma ingħatajt xi ħaġa minn xi kriminal. Robert Abela, ieqaf ippanikja u wieġeb il-mistoqsijiet. Forsi xi darba taċċetta dibattitu wiċċ imb’wiċċ ukoll.”